Raġel jinqaleb bil-karozza f’inċident fix-Xewkija

Raġel weġġa meta inqaleb bil-karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija f’Għawdex seħħ impatt bejn il-karozza u van bil-konsegwenza li l-karozza spiċċat inqalbet.
Fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll tim mediku li ħadu lir-raġel l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija jinsabu għaddejjin. 

Ritratt: Media Police