Raġel jinqabad waqt li kien qed jisraq f’Raħal Ġdid

Raġel inqabad u kien miżmum mill-Pulizija fil-ħin li kien qed iwettaq serqa f’Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:40p.m. f’residenza privata fi Triq Mater Bon Consilli f’Raħal Ġdid.
Jirriżulta li l-Pulizija marret fuq il-post u sabet il-bieb tar-residenza imbexxaq u wara li daħlet sabet lir-raġel ta’ 49 sena minn Raħal Ġdid fuq il-bejt tal-istess residenza.
Ir-raġel ipprova jaħrab minn residenza oħra fil-viċin iżda ġie arrestat mill-Pulizija.