Aġġornata (2): Raġel jintlaqat minn gaffa fil-Magħtab

aċċident mutur San Ġiljan

Raġel ta’ 42 sena ttieħed l-isptar wara li ntlaqat minn gaffa fil-Magħtab.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għat-2.45pm.

Fuq il-post kien hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili. Ir-raġel, li joqgħod Ħal Qormi, weġġa’ gravi.

Filgħaxija fi stqarrija l-Pulizija qalet li compactor misjuq minn raġel ta’ 64 sena mill-Filippini residenti l-Pietà rreversja u laqat lir-raġel lieħor. Dan tal-aħħar kien bilqiegħda fi trakk.

Fi stqarrija, l-Wasteserv qalet li impjegat tagħha intlaqat minn vettura u sofra ġrieħi f’saqajh.

“B’mod immedjat il-Wasteserv sejħet għal tim mediku fejn minħabba n-natura tal-każ kienu assistiti mill-Pulizija kif ukoll mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Wasteserv qiegħda ssegwi mill-qrib il-kundizzjoni ta’ saħħet il-ħaddiem filwaqt li qiegħda tikkollabora mal-awtoritajiet konċernati dwar il-każ.”