Raġel jinqabad jipprova jsiefer bi €11,000 flus kontanti

Id-Dipartiment tad-Dwana qabad passiġġier jipprova jħalli Malta b’aktar minn €10,000.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li uffiċjali mit-Taqsima ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus qabdu passiġġier b’€11,430 fuqu waqt tfittxijiet ta’ rutina li jagħmlu fid-Departures fl-ajruport.

Il-passiġġier kien fi triqtu lejn Amsterdam. Meta ġie mistoqsi kemm kellu flus kontanti fuqu, huwa qal li kellu €4,000. Madankollu, meta l-uffiċjali għamlu t-tiftix tagħhom, sabu €11,430.

L-€1,430 mhux permessi ttieħdu mid-Dwana, skont il-liġi.