Raġel jinqabad fil-karozza wara inċident f’Għajnsielem

Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza ssejħu kmieni dalgħodu biex jassistu raġel li nqabad fil-karozza wara inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ fis-siegħa ta’ dalgħodu fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li vettura misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mir-Rabat Għawdex kellha mpatt ma’ vettura misjuqa minn raġel ta’ 48, residenti l-Fontana, li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta.
Ir-raġel ta’ 34 sena ħareġ waħdu mill-karozza, iżda l-ieħor kellu bżonn l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili.
Huwa ttieħed l-Isptar għall-kura u mill-aħħar informazzjoni jidher li jinsab f’qagħda stabbli.