Raġel jindarab serjament minn Fillandiż f’San Ġiljan

Raġel Fillandiż kien arrestat wara li allegatament weġġa’ raġel ta’ 33 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Ir-raġel ta’ 33 sena sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-06:45a.m. fi Triq Ball f’San Ġiljan.
Ġara li r-raġel residenti Ħaż-Żabbar innota raġel suspettuż ħdejn il-karozza tiegħu u meta mar jaffaċjah, dan allegatament laqtu b’oġġett.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.