Raġel jindarab gravi wara li żelaq minn fuq trakk f’Għawdex

Miguela Xuereb

Raġel indarab gravi wara li dalgħodu żelaq minn fuq trakk f’Għawdex hu u jħott.

L-inċident ġara fil-11am fi Triq l-Ewropa, ir-Rabat.

It-Tork ta’ 31 sena kien qiegħed fuq xogħol, iħott minn trakk, meta żelaq u waqa’ minn fuq it-trakk.

Ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn irriżulta li ġarrab ġrieħi gravi.