Raġel jindarab gravi f’inċident bil-mutur

Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur dalgħodu.

L-inċident ġara fi Triq Tul il-Kosta f’Baħar iċ-Ċagħaq għall-ħabta tas-7am.

Il-Pulizija mill-Għassa tan-Naxxar marru fuq il-post u sabu li raġel ta’ 33 sena u residenti Ta’ Xbiex, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’, bil-konsegwenza li sofra xi ġrieħi. Il-vittma kien qed isuq lejn Buġibba.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.