Raġel jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Mater-Dei-Hospital
Ritratt: Miguela Xuereb

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-11.30pm, seħħ inċident stradali fi Triq tas-Sliema, il-Gżira.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li raġel mill-Belarussja ta’ 37 sena u li huwa residenti l-Imsida, weġġa’ wara li ntlaqat minn mutur Kymco Agility li kien misjuq minn Serb ta’ 28 sena u li huwa residenti Birkirkara.

Iż-żewġt irġiel ingħataw l-ewwel għajnuna mit-tim mediku u r-raġel ta’ 37 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Ir-raġel ta’ 28 sena ttieħed għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa.

Il-Pulizija għaddejja b’iżjed investigazzjoni fuq dan il-każ.