Aġġornata: Raġel jindarab gravi waqt ġlieda f’Raħal Ġdid

Raġel ta’ 41 sena ta' nazzjonalità Sirjana ttieħed l-isptar wara li ndarab gravi b’martell waqt argument jaħraq ma' raġel ieħor ta' 28 sena tal-istess nazzjonalità.
Ma’ Newsbook.com.mt  il-Pulizija qalet li marret fi Triq il-Foss f’Raħal Ġdid wara li għal ħabta tas-1:15pm rċeviet rapport li xi persuni ġew fl-idejn waqt li kienu qed jargumentaw.
Uffiċjali mit-Taqsima tar-Rapid Intervention arrestaw lill-agressur ta’ 28 sena, Sirjan residenti l-Marsa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma li huwa resident Raħal Ġdid, lejn l-isptar Mater Dei.
Hemmhekk ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi.
Ritratt: Arkivji