Aġġornata: Raġel jiddaħħal l-isptar wara li nqaleb bil-karozza

Raġel ta’ 60 sena ddaħħal Mater Dei wara li l-karozza li kien qed isuq inqalbet il-Mosta.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq il-Missjunarji Maltin.
Ir-raġel residenti l-Mosta, u l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Sadanittant, it-triq ingħalqet għat-traffiku.
Ritratti: Ian Noel Pace