Aġġornata: Ir-raġel li ddaħħal l-isptar minħabba ġlieda bi ġrieħi gravi

Ir-raġel li ttieħed l-isptar wara argument li nqala’ quddiem ħanut fil-Marsa qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ it-Tnejn u l-Pulizija kkonfermat ma' Newsbook.com.mt dwar il-kundizzjoni tar-raġel it-Tlieta filgħodu.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-aħbar u qal li l-inċident seħħ ftit qabel nofsinhar fi Triq Aldo Moro.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.