Raġel jhedded lill-pulizija b’ħadida l-Belt

DOI – Jeremy Wonnacott

Raġel inżamm arrestat wara li hedded lil uffiċjali tal-pulizija b’ħadida fil-Belt Valletta.

Fil-Qorti nstema’ kif ir-raġel kien fis-sakra l-Erbgħa li għadda fis-Suq tal-Belt. Meta marru l-pulizija, ir-raġel ta’ 33 sena min-Niġerja ħarab minn fuq il-post. Huwa daħal f’sit tal-kostruzzjoni, qabad ħadida u beda jhedded lill-Pulizija biha. Waqt l-arrest wieħed mill-uffiċjali weġġa’.

Ir-raġel ġie akkużat li kkawża ġrieħi lil pulizija u li rreżista l-arrest b’mod vjolenti, fost akkużi oħra.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Ir-raġel m’għandux indirizz fiss u joqgħod fis-sit tal-kostruzzjoni.