Raġel jeħel 4 snin ħabs fuq serqa f’Tas-Sliema

Raġel ta’ 40 sena weħel erba’ snin ħabs wara li seraq meta kien bil-libertà proviżorja.

Il-każ seħħ f’Ottubru tal-2018 meta Christopher Scerri daħal jisraq f’dar f’Tas-Sliema.

L-anzjana li kienet il-quddies waqt is-serqa, indunat l-isgassar iżda l-flus li kellha d-dar ma nsterqu.

Scerri nkixef mis-CCTV u mill-flokk aħmar li kien liebes dakinhar tas-serqa. Il-ġirien fix-xhieda tagħhom kollha tkellmu dwar il-flokk ta’ lewn aħmar li kien liebes il-ħalliel.

Il-Maġistrat Joe Mifsud, ikkundanna lil Scerri erba’ snin priġunerija filwaqt li ordna li r-raġel jitlef id-depożitu u l-garanzija personali ta’ €74,000 li kellu biex ingħata l-libertà proviżorja.