Aġġornata: Raġel jgħereq ġo pixxina fil-Qawra

Kmieni dalgħodu raġel instab mejjet ġo pixxina ta’ residenza privata fil-Qawra.

Is-sejba saret għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart fi Triq Għawdex fil-Qawra.

Skont il-pulizija, ir-raġel hu Bulgaru u għandu madwar 30 sena.

Jirriżulta li miet mewta naturali.