Aġġornata: Raġel jegħreq fid-Dwejra

Aġġornata raġel jegħreq Dwejra
FILE PHOTO: Maurizio Modena

Raġel għereq fid-Dwejra f’Għawdex.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5 pm. Ir-raġel mill-Ġermanja li għandu 68 sena ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Għal xi raġuni r-raġel sab ruħu f’diffikultà meta kien qed jgħum.

L-ewwel informazzjoni mill-Pulizija kienet li r-raġel kien minn Netherlands. Din ġiet koreġuta. Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.