Finlandja: Raġel jattakka bosta persuni b’arma li taqta’, persuna mejta

Il-Pulizija Finlandiża sparat lejn persuna li allegatament attakkat nies b’arma li taqta’ u bil-ponta u qatlet persuna.
L-attakk seħħ f’suq ewlieni fiċ-ċentru tal-belt ta’ Turku, u sa issa qed jiġi rrapportat li nqatlu żewġ persuni.
L-allegat aggressur ġie sparat f’siequ mill-Pulizija hekk kif dan ipprova jaħrab, u ġie arrestat.
Skont il-midja Finlandiża, hemm minn tal-inqas 2 persuni oħra midruba.
Fi tweet, il-Pulizija Finlandiża ħeġġet lin-nies ma jersqux lejn l-inħawi, u qalet li qed tfittex aktar persuni relatati mal-aggressjoni.
Sadanittant, il-Prim Ministru Finlandiż u l-Ministru tal-Intern flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija qed jivvjaġġaw lejn il-belt li tinsab fil-Lbiċ tal-pajjiż.