Aġġornata: Gravi r-raġel li qala’ daqqiet ta’ mqass f’argument f’Birżebbuġa

Raġel ta’ 33 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li qala daqqiet t’arma li taqta’ u bil-ponta f’Birżebbuġa.
Il-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li qalulha b’dan l-inċident għall-ħabta tat-7.45am fi Triq il-Folklor, u jidher li nqala’ argument bejn ir-raġel, Niġerjan li joqgħod Tas-Sliema, u Niġerjan ieħor ta’ 28 sena li joqgħod Birżebbuġa stess.
Sorsi qrib Newsbook.com.mt qalu li aktarx l-arma li intużat kienet imqass.
Ritratt: Arkivji