Raġel jaqla’ daqqa ta’ ħadida waqt argument bejn 4 persuni fl-Armier

pulizija
Miguela Xuereb

Read in English.

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li qala’ daqqa ta’ ħadida f’argument bejn erba’ persuni fl-Armier.

Il-Pulizija ġiet infurmata b’dan l-argument fl-Armier, fil-limiti tal-Mellieħa, fil-11am.

Iż-żewġ irġiel li kellhom xi jgħidu kienu wieħed ta’ 36 sena li joqgħod Birkirkara u ieħor ta’ 47 sena li joqgħod Ħal Qormi. Dak ta’ Birkirkara spiċċa weġġa’ gravi, filwaqt li l-ieħor weġġa’ ħafif. Huma marru f’ċentru tas-saħħa biex jingħataw il-kura.

Żewġ nisa kienu involuti fl-argument ukoll. Waħda għandha 49 sena u toqgħod Ħal Qormi, u l-oħra, ta’ 33 sena, toqgħod Birżebbuġa.