Raġel jaqla’ daqqa ta’ flixkun wara argument f’ħanut tat-tattoos

CMRU

Raġel minn Somalja ta’ 25 sena li joqgħod il-Gżira qala’ daqqa ta’ flixkun wara li kellu x’jaqsam f’argument ma’ Somalu ieħor ta’ 27 sena resident il-Marsa.

L-inċident seħħ fit-triq San Ġorġ f’San Ġiljan għal ħabta ta’ 18.45pm f’ħanut tat-tattoos.