Raġel jaqbad taxi biex imur jisraq il-bank

Raġel Skoċċiż riekeb taxi u lix-xufier qallu biex iwasslu u jistennieh barra l-bini ta’ bank f’Edinburgh.
Sakemm ix-xufier tat-taxi qagħad jistenna r-raġel seraq il-bank.
Huwa ħareġ mill-bini b’basket ta’ supermarket mimli bil-flus.
Skont il-Pulizija Skoċċiża r-raġel ma kienx armat meta seraq il-bank RBS.
Huma qegħdin jemmnu lix-xufier tat-taxi li hu ma kien jaf b’xejn bis-serqa.
L-Ispettur Rory Hamilton qal li mhux xi ħaġa barra minn postha li persuna titlob xufier tat-taxi biex iwasslu u jistennieh ħdejn il-bank.
Filmati meħudin mill-kameras tas-sigurtà tal-bank RBS juru li r-raġel li wettaq is-serqa kien liebes beritta.