Raġel jaqa’ żewġ sulari bil-karrozza, jiġi ġo siġra u ma ġralu xejn

Read in English.

Raġel ta’ 25 sena mir-Rabat, Għawdex jgħoddha b’waħda meta waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari bil-karozza, nieżel ġo siġra u ma ġralu xejn.

L-inċident seħħ il-bieraħ għall-ħabta tas-6.45pm fi Triq Ħondoq ir-Rummien, il-Qala meta x-xufier kien qed isuq karozza  Peugeot 106 fin-niżla li mill-Qala tagħti għall-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien, tilef il-kontrol u waqa’ ġo għalqa żewġ sulari ‘l isfel.