Raġel jaqa’ sular f’sit ta kostruzzjoni; iweġġa’ gravi

aċċident mutur San Ġiljan

Raġel ta’ 51 sena minn Birkirkara qed isofri ġrieħi gravi. Dan wara li waqa’ madwar sular għoli waqt li kien qed isiru xi xogħlijiet.

Il-Pulizija rċivew telefonata għall-assistenza tagħha għall-ħabta tas-2.30pm. L-inċident seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq it-Tabib J. Zammit, Ħal Balzan. Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Birkirkara marru mill-ewwel fuq il-post.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar
għall-kura meħtieġa. Iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.