Filmat: Jaqa’ sular f’San Ġiljan; iweġġa’ gravi

Read in English.

Raġel ta’ 40 sena minn Santa Venera waqa’ madwar sular f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ fi Sqaq Lourdes għall-ħabta tat-3.15pm. Jidher li r-raġel waqa’ għal ġo bokka miftuħa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel lejn l-isptar Mater Dei. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post.

Dalgħodu raġel ieħor sofra ġrieħi serji wara li waqa’ madwar tliet sulari minn gallarija f’San Pawl il-Baħar.

Filmat: Arnold Cassola