Raġel jaqa’ sular ħdejn il-monument tal-qanpiena fil-Belt

Aġġornat 06:10 PM

Read in English.

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ sular u nofs fil-Belt Valletta, fiż-żona ta’ fejn hemm il-Qanpiena tal-Assedju fil-Belt Valletta.

Il-Pulizija ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt, li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq il-Mediterran. Il-Pulizija tad-distrett u tim mediku marru fuq il-post. Ir-raġel ta’ 37 sena mill-Ħamrun ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fi propjetà, għal xi raġuni waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs minn fuq sellun.

Għadu mhux magħruf il-kundizzjoni tar-raġel.