Raġel f’qagħda gravi; jaqa’ mill-għoli qrib il-Ġnejna

Aġġornat 06:56 PM
Arkivji

Read in English.

Raġel jinsab f’qagħda gravi wara li kellu bżonn l-assistenza medika minħabba li waqa’ mill-għoli f’post li jinsab bejn iż-żewġ bajjiet tal-Ġnejna u Għajn Tuffieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm.

Ir-raġel kien identifikat u huwa Pollakk ta’ 40 sena residenti n-Naxxar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li saret ħidma biex ir-raġel jiġi salvat permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati. Huwa qal li r-raġel kien konxju fil-mument li t-tabib tal-Emerġenza prova jagħmel kuntatt miegħu mill-baħar. Newsbook.com.mt huwa infurmat li t-tabib kellu jittieħed qrib il-post tal-inċident b’jetski peress li ż-żona mhix aċċessibbli mill-art.