Aġġornata: Gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’Raħal Ġdid

Raġel waqa’ minn fuq sellum f’Raħal Ġdid. Ir-raġel li għandu 44 sena u residenti Ħal Tarxien kien qiegħed f’garaxx fi Triq Għajn Dwieli.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.10pm. Fuq il-post issejjħu l-Pulizija flimkien ma’ tim mediku mill-isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.