Aġġornata: Raġel gravi l-isptar; jaqa’ minn fuq scaffolding

Read in English.


Raġel ta’ 41 sena minn Birkirkara ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ minn fuq scaffolding. Il-Pulizija fi stqarrija l-Ġimgħa filgħodu qalu li r-raġel weġġa’ gravi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6pm. Jidher li r-raġel kien qed jaħdem fi Knisja fi Triq San Albert, il-Gżira meta għal xi raġuni l-iscaffolding waqa’ bil-konsegwenza li r-raġel waqa’ madwar żewġ sulari u nofs.

Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar.