Ritratti: Raġel fis-sakra jaqa’ minn irdum fil-Mellieħa

Raġel ta' 37 sena u nazzjonalità barranija, residenti f'San Pawl il-Pawl il-Baħar waqa’ mill-irdum magħruf bħala l-Ħmar fil-Mellieħa.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li r-raġel kien fis-sakra.
L-inċident seħħ għall-5.15pm.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn għenu r-raġel jitla’.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei.
Il-kelliem għal-Pulizija qal li r-raġel ma ġarrabx ġrieħi gravi.