Raġel jaqa’ minn fuq il-mutur f’Tas-Sliema; ġrieħi gravi

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq il-mutur f’Tas-Sliema.

Id-Daniż ta’ 56 sena li joqgħod is-Swieqi tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. Dan ġara fi Triq it-Torri f’11.45pm. Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn irriżulta li qiegħed f’qagħda gravi.

Fl-istess lejl, kien hemm inċident simili ieħor bil-mutur.

Aġġornata: Gravi ż-żagħżugħ li kellu inċident bil-mutur f’Ħaż-Żebbuġ