Raġel jaqa’ mill-irdum fin-Nadur

Raġel ta’ 27 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ erba’ sulari mill-irdum fin-Nadur. 
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:30pm fl-akwati tat-Torri ta’ Kenuna.
Membri tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili filmkien mal-Forzi Armati issejħu fuq il-post u tellgħu lir-raġel, li joqgħod in-Nadur stess, permezz ta’ helicopter li ħadu l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.