Read in English.
Raġel tilef ħajtu wara li dalgħodu waqa’ mill-irdum f’Għajn Tuffieħa. Dan ġie kkonfermat minn kelliema għall-Pulizija.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jinżlu ħdejn ir-raġel u tellgħuh fuq id-dinghy tas-Search and Rescue Melita II. Fuq il-post issejħet ambulanza u għal xi ħin intalbet ukoll l-assistenza ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta. Taw l-għajnuna tagħhom ukoll membri tas-Salib l-Aħmar.
Skont rapporti fil-midja, qed jingħad li r-raġel għandu bejn il-25 u t-30 sena u li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa. Qed jiġi rrappurtat li waqa’ qrib it-Torri u li kienu xi turisti li nnutaw żarbuna qrib l-irdum.