Aġġornata: Raġel jaqa’ m’għola ħames sulari mill-Forti Sant’Iermu

Ingliż ta’ 42 sena residenti Wied il-Għajn ġarrab ġrieħi gravi imma mhux fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar ħames sulari mill-Forti Sant'Iermu fil-Belt Valletta.
L-inċident seħħ ftit qabel l-10 ta’ dalgħodu, meta r-raġel kien qed jinstalla sistema ta' kameras tas-sigurtà.
Huwa waqa' għal fuq il-blat fil-post magħruf bħala Taħt iż-Żiemel. 
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza biex jingħata l-kura meħtieġa. 
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ. 
Ritratt: Beppe Galea