Raġel jaqa’ għoli ta’ sular u nofs u jweġġa’ serjament

Raġel ta’ 50 sena minn Ħal Safi waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ fi Triq Sir Luigi Apap, San Ġiljan.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.