Aġġornata: Raġel gravi wara li jaqa’ għoli ta’ 4 sulari fil-Ħamrun

Sirjan ta' 23 sena residenti Ħal Tarxien ġarrab ġrieħi gravi meta waqa’ għoli ta’ 4 sulari waqt li kien qed jaħdem f’dar li għadha qed tinbena fil-Ħamrun.
Kelliem għall-Pulizija ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10am fi Triq is-Sewwieqa.
Ambulanza ssejħet fuq il-post biex tagħti l-għajnuna u twassal lir-raġel l-isptar Mater Dei. 
L-inkjesta dwar l-inċident qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Dr. F. Depasquale.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.