Raġel jaqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’Raħal Ġdid

Aġġornat 10:57 AM
Arkivji

Raġel waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Duminku Mintoff f’Raħal Ġdid. Jidher li r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar 3 metri waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am. Ir-raġel huwa mill-Albanija u għandu 30 sena.

Huwa ttieħed għall-kura fl-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.