Raġel ta’ 46 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ f’ġiebja f’Ħal Kirkop kmieni t-Tnejn filgħodu.
Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemn bżonn l-assistenza tagħha f’barriera fi Sqaq ir-Rampila madwar 7.15am, u fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel – residenti tal-Imqabba li għandu 46 sena – kien qiegħed jirranġa l-ġiebja u waqa’ minn fuq ċint.
Ir-raġel ittella mill-ġiebja u ttieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija tad-distrett għadhom għaddejjin.