Aġġornata: Slovakk jaqa’ erba’ sulari ġo xaft f’San Ġiljan

Slovakk ta' 19-il sena kmieni dalgħodu weġġa' gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt wara li waqa' 4 sulari ġo xaft f’San Ġiljan.
L-inċident ġara għall-ħabta tal-5.30 ta' dalgħodu fi Triq Luigi Apap.
Iż-żagħżugħ waqa' ġo xaft li qiegħed f'sit ta' kostruzzjoni.  Kienu l-ġirien li ndunaw bl-inċident u ċemplu minnfuh lill-Pulizija.
Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post u rnexxielhom itellgħuh wara ftit tal-ħin.