Jammetti li kien negliġenti meta n-neputija waqgħet minn fuq cruiseliner fi Puerto Rico

Chloe Wiegand Credit: Facebook

In-nannu ta’ tifla ta’ 18-il xahar, li waqgħet minn fuq il-vapur tal-passiġġieri tar-Royal Caribbean Cruises is-sena li għaddiet, ammetta l-akkużi ta’ qtil involonatarju li saru fil-konfront tiegħu. 

Il-każ seħħ f’ Lulju tal-2019 meta Salvatore Anello kien qed jilgħab man-neputija tiegħu Chloe Wiegand f’kabina b’tieqa miftua fil-ħdax-il sular meta l-vapur kien fi Puerto Rico. 

Anello kien akkuzat b’negliġenza li wasslet għal din il-mewta. 

Għal bidu, l-akkużat irrifjuta li jammetti l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. Madanakollu fil-bidu tal-fażi tat-trattazzjoni finali, huwa ammetta. 

Anello kien qed jilgħab mat-tifla x’ ħin din żelqet minn idejh, u għaddiet minn tieqa mbexqa u spiċċat fuq il-pont ta’ San Juan, 150 pied għoli.