Raġel jammetti li kellu iktar minn €10,000

Dwana Malta

Raġel ammetta li prova jitlaq minn Malta b’iktar minn €10,000 li ma kienux iddikjarati. Il-liġi tippermetti li tista’ toħroġ sa €10,000 fi flus kontanti.

Il-każ seħħ ilbieraħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

AQRA: Raġel jinqabad b’kważi €19,000 u bil-viża skaduta fl-ajruport

Ir-raġel li huwa ta’ nazzjonalità Libjana u għandu 55 sena nqabad b’€18,903 qabel ma qabad l-ajruplan lejn il-Libja.

Il-Prosekuzzjoni qalet lill-Qorti li r-raġel kien infurmat li qed issiru kontrolli dwar flus kontanti. Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat kien mistoqsi jekk għandux iktar minn €10,000 fuqu. Ir-raġel ammetta mill-ewwel u ta flusu b’mod volontarju.

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ordnat lill-akkużat biex iħallas kwart tas-somma ikkonfiskata b’mod immedjat.