Raġel jammetti l-qtil ta’ Shannon Mak fl-2018

Facebook - Shannon Mak

Read in English.

Il-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra r-raġel akkużat li qatel l-eks sieħba tiegħu Shannon Mak fl-2018 għalqed nhar l-Erbgħa wara li dan iddeċieda li jammetti l-akkużi kontrih.

Mak, li kellha 30 sena, ġiet maqtula f’Santa Venera f’Awwissu tal-2018, u l-eks sieħeb tagħha Jelle Rijpma ġie akkużat bil-qtil.

Rijpma, Olandiż ta’ 24 sena, kien ċaħad l-akkużi kontrih, imma għażel li jwieġeb ħati quddiem il-Maġistrat Simone Grech nhar il-Erbgħa.

Il-Maġistrat b’hekk għalqet il-kumpilazzjoni u rreferiet il-każ lill-Qorti Kriminali biex jingħata sentenza.

M’huwiex magħruf jekk intlaħaqx ftehim fuq is-sentenza bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni.