Raġel jametti li seraq diversi oġġetti – jeħel tlett snin u nofs ħabs

Raġel ta’ 37 sena mill-Mosta ammetta li seraq numru ta’ oġġetti fosthom mobajl u erbgħa tablets minn ħwienet differenti.

Ir-raġel kien inqabad mill-cameras tas-sigurtà iwettaq dawn ir-reati.

Ir-raġel ammetta wkoll li wettaq reat waqt li kellu sentenza sospiża. Ir-raġel li għandu l-vizzju tad-droga weħel tlett snin u nofs ħabs.