Aġġornata: Ippubblikat ir-ritratt tal-persuna maħruba mill-Pulizija

Abdulsalam Ben Hamed ta’ 45 sena mil-Libja, ħarab waqt li kien qed jiġi mitkellem mill-Pulizija fl-Għassa ta’ Ħal Qormi għall-ħabta tas-12.50pm. Il-pubbliku qed jintalab iċempel lill-Pulizija jekk xi ħadd jilmħu.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li bdiet tfittxija għal raġel f’Ħal Qormi. Il-pulizija ppubblikat ir-ritratt tar-raġel li qed jiġi mfittex mill-pulizija. Min jarah qed jintalab iċempel fuq in-numru 21224001 jew 119.