Raġel jaħbat bil-mutur iżda jirrifjuta l-għajnuna medika

Raġel ħabat bil-mutur iżda rrifjuta l-għajnuna medika wara inċident is-Sibt filgħaxija fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’.  L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30 ta’ filgħaxija.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel tal-mutur ma riedx jirċievi l-għajnuna medika.