Raġel jaggredixxi mara f’San Ġiljan

Mara barranija ġiet salvata mill-Pulizija kmieni dalgħodu wara li sfat aggredita b’mod vjolenti minn raġel li hu wkoll ta’ nazzjonalità barranija.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:00a.m. fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Ir-raġel qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.