Ritratti: Fil-periklu tal-mewt wara li ċediet parti mill-palk fl-MFCC

Raġel ta' 48 sena mill-Fgura jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ċediet parti mill-istruttura tat-tinda tal-MFCC f'Ta' Qali.
Ir-raġel inħareġ minn membri tal-Protezzjoni Ċivili. 
Raġel ieħor ta' 25 sena mill-Fgura u ieħor ta' 31 sena minn Bormla sofrew ġrieħi ħfief. 

L-inċident seħħ fil-10:50am waqt li kien qed jintrama l-palk bi tħejjija għall-produzzjoni Ġensna li mistennija tittella’ nhar is-Sibt li ġej.
Dak il-ħin kien qed jitwaħħal id-dawl mal-istruttura sabiex jintuża fl-ispettaklu.
Ikkuntattjat minn Newsbook.com.mt, Lou Bondi li hu membru tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, spjega li l-produzzjoni Ġensna se ssir xorta waħda. S'issa għadu mhux magħruf hux se ssir fl-istess post jew le. 

Fi stqarrija l-organizzaturi ta' Ġensna esprimew solidarjetà mal-ħaddiema li weġġgħu u awgurawlhom fejqan ta' malajr. 

Ritratti: The Malta Police Force