Raġel iweġġa’ wara inċident bil-mutur

Raġel kiser siequ meta tilef il-kontroll ta’ mutur. L-inċident seħħ illum għal ħabta tat-3.15 am, fi Triq il-Kosta, n-Naxxar.

Ir-raġel, li għandu 48 sena u joqgħod in-Naxxar, kien qiegħed isuq l-mutur tiegħu meta ħabat ma’ ħajt fl-inħawi tad-daħħla tal-Madliena.