Raġel iweġġa’ waqt li kien qed jagħmel manutenzjoni f’lift

Raġel kellu jingħata l-kura medika meta kien qed iwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’lift.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Triq Ġuże Maria Camilleri fil-Ħamrun meta r-raġel kien qed iwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-lift, li ċeda u niżel sular.
It-triq kellha tingħalaq għat-traffiku sabiex jasal tim mediku b’ambulanza kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għenu biex ir-raġel seta’ joħroġ mil-lift.
Huwa ittieħed lejn l-isptar Mater Dei permezz tal-ambulanza iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija qed jinvestigaw dan il-każ.  

Ritratt: Media Police