Aġġornat: Raġel iweġġa’ ħdejn it-Torri tal-Mellieħa

Raġel Malti ta’ 50 sena li kien akkumpanjat minn xi persuni weġġa’ saqajh waqt li kien miexi viċin it-Torri tal-Mellieħa.
Ma’ Newsbook.com.mt, kelliem mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) qal li r-rapport daħal għall-ħabta tal-5pm.
Minħabba l-post fejn kien, is-CPD bagħtu tliet vetturi, wieħed mix-Xemxija u tnejn tal-Urban Search and Rescue (USAR). Minkejja dan qal li ma kienx hemm bżonn ħidma estensiva sabiex jinstab u jittella’ r-raġel.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b'ambulanza. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.