Raġel iweġġa’ ħafif f’inċident

Raġel ta’ 60 sena min-Naxxar weġġa’ ħafif wara li kien nvolut f’inċident tat-traffiku fi triq il-qasam is-Swieqi.

L-inċident seħħ dalgħodu għal habta ta’ 1.30 ta’ filgħodu meta vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Mosta ħabtet ma’ vettura tar-raġel ta’ 60 sena.

Iż-żagħżugħ ma ġarrab l-ebda ġrieħi.